Il-WEGĦDA DEFINITTIVA MINN ĦAMES AĦWA FL-ORDNI SEKULARI KARMELITANI TEREZJANI

Il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar 2018 
Jum Speċjali u Għażiż Għall-Ħamsa Minn Ħutna fl-Ordni
u Għall-Ordni Sekulari Karmelitani Tereżjani Kollu

 

 

Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar 2019, fis-Sala tal-Kunvent Santa Tereża B’Kara saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika, fejn fiha ħames aħwa mill-Ordni Karmelitani Tereżjani għamlu l-Wegħda Definittiva. Iċ-Ċelebrant Patri Manwel Schembri ocd nisseġ omelija qawwija fejn spejga is-sbuħija tal-Wegħda Definittiva, l-impenn qaddis tal-aħwa fl-Ordni kif ukoll is-sejħa sabiħa li għandna ngħożżu f’ħajjitna li nkunu ħbieb intimi ta’ Ġesu’ fuq l-eżempju tal-Qaddisini Karmelitani Tereżjani. Patri Manwel għamel ukoll riflessjoni dwar it-telqa totali għar-Rieda ta’ Alla fuq l-imitazzjoni ta’ Ommna Marija.

Din hija l-Wegħda Definittiva li għamlu dawn l-aħwa tagħna fl-Ordni Sekulari għall-ħajjithom kollha:

IL-WEGĦDA DEFINITTIVA            

Jiena   ………….
imqanqla mill-grazzja tal-Ispirtu s-Santu,
bi tweġiba għas-sejħa ta’ Alla, inwiegħed minn qalbi
lis-Superjuri tal-Ordni tal-Karmelu Tereżjan, u lilkom ħuti,
li nfittex li ningħata għall-perfezzjoni evanġelika
fl-ispirtu tal-kunsilli evanġeliċi tal-kastità,
faqar u ubbidjenza, u tal-Beatitudnijiet,
kif jitolbu l-Kostituzzjonijiet tal-Ordni Sekulari tal-Karmelitani Tereżjani
għal ħajti kollha.
Inħalli bħala bint din il-Wegħda tiegħi
f’idejn il-Verġni Marija, Omm u Sultana tal-Karmelu.

Ammen.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized and tagged , , . Bookmark the permalink.

2 Responses to Il-WEGĦDA DEFINITTIVA MINN ĦAMES AĦWA FL-ORDNI SEKULARI KARMELITANI TEREZJANI

  1. Marthese Caruana says:

    Prosit ilkoll!

    Like

  2. Fr. Dominic J. Borg, ocd says:

    Many thanks for the good news and Please do congratulate for me and all of us Here in Canada the FIVE Memnber who made the Definitive Promises. CONGRATulations. Fr Emmanuel has worked very hard here in Canada with the Secular Order. May god bless HIM. Courage. Fraternally in Carmel, Fr Dominic,ocd.

    2018-01-21 7:47 GMT-05:00 ORDNI SEKULARI KARMELITAN TEREŻJAN :

    > oskt posted: “Il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar 2018 Jum Speċjali u Għażiż > Għall-Ħamsa Minn Ħutna fl-Ordni u Għall-Ordni Sekulari Karmelitani > Tereżjani Kollu Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar 2019, fis-Sala tal-Kunvent > Santa Tereża B’Kara saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika, fe” >

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s