SANTA MARIJA TA’ ĠESÙ MSALLAB – MARIAM BAOUARDY

SANTA MARIJA TA’ ĠESÙ MSALLAB – MARIAM BAOUARDY

Il-Ġilju tal-Palestina

с.Марія від Ісуса Розпятого

Il-Patrijarka Beltritti ta’ Ġerusalemm

fl-ittra pastorali biex iħabbar il-beatifikazzjoni ta’ Marija ta’ Ġesù Msallab kiteb dal-kliem:

“Fil-ħajja tal-qaddisin wieħed rari jsib tant grazzji miġburin flimkien f’persuna waħda bħalma huma fi Swor Marija ta’ Ġesù Msallab. Umanament kienet illiterata…..imma ġiet magħżula minn Alla biex turi l-għerf u l-qawwa tiegħu….. Bħala reliġjuża, il-ħajja ta’ Swor Marija kienet splużjoni ta’ ġrajjiet u grazzji straordinarji.”

Mariam Baouardy twieldet fil-5 ta’ Jannar 1846 minn Giries (Ġorġ) Baouardy u Mariam Chalyn f’Abellin qrib Nazaret u ġiet mgħammda u rċeviet s-sagrament tal-konfermazzjoni skont ir-rit grieg-melkita fil-knisja ta’ Abellin fil-15 ta’ Jannar. 

 a

Ommha u missierha li kienu nsara jgħixu qalb Arab, Drusi u Musulmani sofrew ħafna persekuzzjoni w inġustizzji. Huma ġew misruqa minn dak kollu li kellhom, imkeċċija minn darhom u mixħutin il-ħabs. It-tnax il-wild li kellhom mietulhom fi ċkunithom wieħed wara l-ieħor. Wara li għaddew minn dan kollu, marru pellegrinaġġ bil-mixi u ħafjin lejn is-Santwarju tan-Natività f’Betlem 170 kilometru ilbogħod biex jitolbu l-Madonna biex tagħtihom tifla.

Bethlehem Church of the Nativity grotto. Credit: ACN www.acnuk.org.

Il-Madonna semgħet it-talb tagħhom u kellhom lil Mariam. Sentejn wara twildilhom tifel li semmewh Pawlu. Imma l-familja ma damitx wisq ma tkissret minħabba l-mewt bikrija tal-ġenituri ftit ġranet minn xulxin b’marda mhux magħrufa.. Mariam li lanqas kien għad għandha 3 snin u ħuha Pawlu ġew mifruda minn xulxin. Zija minn naha tal-missier qalet li waqt li kien qed imut, missier Mariam ħares lejn kwadru ta’ San Ġużepp  u qal: “Qaddis kbir kun int missier għal binti, il-Madonna hi ommha!.

Zija ta’ ommha, li kienet tgħix Tarshish ħadet lil Pawlu magħha biex trabbih hi u lil Mariam addottaha ziju minn naha tal-missier. Mariam u Pawlu qatt ma raw aktar lil xulxin. Mariam kienet miżmumha tajjeb fid-dar taz-ziju f’Abellin.

Meta Mariam  kellha 5 snin, iz-ziju taha gaġġa mimlija għasafar. Din kienet iżżommha fil-ġnien mimli siġar tal-frott taz-ziju.

Ġurnata waħda ddeċidiet li tagħti banju lill-għasafar. Daħħlithom bil-gaġġa fl-ilma u dawn għerqu kollha.

Picture2

Il-mewta tagħhom qasmitilha qalbha. Iddeċidiet li tidfinhom. Dak il-ħin semgħet vuċi ġo fiha tgħidilha:

“Hekk jgħaddi kollox. Jekk tagħtini qalbek, nibqa’ miegħek dejjem.”

Aktar tard ħolmot li merkant ġie d-dar taz-ziju u ġieblu ħuta kbira ivvalenata. L-għada filgħodu, raġel verament ġieb ħuta kbira liz-ziju bħal dik li rat fil-ħolma. Mariam insistiet maz-ziju biex ma jiklux il-ħuta. Meta z-zija fetħet ħalq il-ħuta, sabet li din kienet belgħet serp velenuż.

Picture3

Darb’oħra serp daħal fil-kamra tagħha. Mariam refagħtu. Dak il-ħin daħlet is-seftura u din meta ratha bis-serp f’idejha bdiet twerżaq.

Mariam telqet is-serp minn idejha u dan ħarab.

Tul ħajjitha Mariam spiss kellha viżjonijiet ta’ sriep.

Mariam kellha devozzjoni kbira lejn il-Madonna u kienet issum kull nhar ta’ Sibt sa minn mindu kellha 5 snin. Fir-rebbiegħa kienet taqta’ l-fjuri u tqiegħedhom quddiem ix-xbiha tal-Madonna. Darba sabet li l-fjuri fil-vażun kienu nibtu. Hi qalet lil zijuha u dan qal lil kappillan. Dan ċanfarha biex jumiljaha. Hi niżlet għarkobbtejha titolbu maħfra ta’ dnubietha.

Għalkemm dawk iż-żminijiet it-tfal kienu jagħmlu l-Ewwel Tqarbina ta’ tnax-il sena però Mariam għamlet l-Ewwel Tqarbina ta’ seba’ snin.

Meta kellha 12-il sena  żijuha, li kien adottaha, ħadha mal-familja tiegħu lejn Lixandra, l-Eġittu.

Picture4

Wieħed  minn qrabatha mill-Kajr, li kien sinjur ħafna ried jiżżewwiġha, imma hi ma rieditx għaliex kienet wegħdet ‘l Alla li tibqa’ verġni. Zijuha u l-familjari ħaqruha u nsultawha, iżda aktar ma kienet tirċievi nsulti u tgħajjir aktar kienet tkun ferħana, għax indunat li qegħda tbati għall-imħabba t’Alla. F’din il-ħajja ħarxa damet tlett xhur u zijuha ma wera l-ebda sinjal li se jnaqqas il-ħruxija tiegħu. Għalhekk kitbet ittra lil ħuha Pawlu u bagħtitha ma wieħed li qabel kien seftur ma’ zijuha biex iwassalielha bil-moħbi Nażaret. Dan stidienha f’daru biex tiekol ma’ martu u ommu. Meta kienu fuq il-mejda, riedha tiċħad il-fidi u ssir musulmana. Meta ma ċedietx ħanxrilha l-gerżuma.

Picture5

              Billi ħasibha mejta, mgħejjun minn ommu u martu, geżwirha fil-velu kbir tagħha u xeħtuha fi triq dejqa imwarrba.

 Dan ġara fil-lejl bejn is-7 u t-8 ta’ Settembru. Mariam kellha biss 12-il sena. Hi kienet mietet tassew. Meta aktar ‘il quddiem marret Marsilja stqarret : “jien sibt ruħi l-ġenna”. Meta fetħet għajnejha, sabet lilha nfisa fi grotta u kien hemm “infermiera liebsa l-ikħal” iddur biha.

Damet hemm erba’ ġimgħat. Il-Verġni mbierka wrietha l-programm ta’ ħajjitha.

 Meta fieqet daħlet seftura ma familji nsara f’Lixandra, Ġaffa u Ġerusalemm.

 Fl-1860 għamlet il-vot tal-verġinità fuq il-Qabar ta’ Kristu.

 

Fl-1863 , tlett snin wara daħlet seftura mal-familja Naggiar f’Marsilja.

Picture1

U hemm iltaqgħet ma’ figura misterjuża oħra : San Ġużepp.

Picture1

Fl-1865, sentejn wara daħlet postulanta mas-sorijiet ta’ San Ġużepp ta’ l-Apparizzjoni (ta’ St Joseph) iżda ma rieduhiex tkompli l-ħajja reliġjuża f’dak il-kunvent mogħti tant għat-tagħlim.

F’Awwissu tal-1866, waqt li kienet fil-kappella tfaċċatilha l-pjaga tal-qalb.

Is-sena ta’ wara fis-27 ta’ Marzu 1867  dehru l-pjagi l-oħra f’Marsilja. Fil-15 ta’ Ġunju marret fil-Karmelu Tereżjan ta’ Pau fi Franza u fis-27 ta’ Lulju ħadet il-libsa ta’ soru Karmelitana Tereżjana fost is-sorijiet koristi.

Related image

Ippruvat tibda l-Karmelu fl-India, u meta ma rnexxilhiex reġgħet lura Pau u baqgħet hemm sa Awwissu tal-1875.

Image result for ST MARY OF JESUS CRUCIFIED

F’Settembru tal-1875 bdiet il-fundazzjoni tal-Karmelu Tereżjan f’Betlehem

B

Fl-14 ta’ April ħraxilha l-uġigħ tal-pjagi ma ġisimha kollu, iżda tnax-il ġurnata wara fis-26 ta’ April il-pjagi jgħibu għal kollox. Kien proprju fiż-żmien ta’ taħbit u kuntrarjetajiet li Alla fawwarha bi grazzji straordinarji.

U x’tip ta’ grazzji! Estasijiet kbar, levitazzjonijiet, pjagi, trasverberazzjoni tal-qalb, dehriet ta’ kull xorta mis-sema, profeziji, għarfien tal-qlub, bilokuzzjonijiet (fil-gżira ta’ Ċipru lil Swor Ġużeppina), id-dom tal-kelma, possessjoni anġelika. Dawn il-grazzji kabbru fiha l-imħabba lejn Alla, imma qatt ma fittxithom għalihom infushom. Fis-sempliċità tagħha kienet taħseb li l-estasijiet kienu ‘ngħas’ u l-pjagi dbabar tal-lebbra.

mariam-fundadoras.JPG (745×434)

F’Mejju tal-1878 marret Nażaret bil-ħsieb li tibda fundazzjoni ġdida hemmhekk.

Mietet fis-26 ta’ Awwissu fil-5.10 a.m. fil-monasteru ta’ Betlehem.

4

Ġiet beatifikata f’Ruma mill-Papa Gwanni Pawlu II illum San Ġwanni Pawlu II fit-13 ta’ Novembru 1983,

U dikjarata qaddisa fis-17 ta’ Mejju 2015  mill-Papa preżenti.

Niċċelebraw il-festa tagħha fil-25 ta’ Awwissu.

Related image

Dawn huma siltiet mill-kliem li kienet tgħid waqt l-estasijiet li kien ikollha:

“Jeħtieġ noqgħodu attenti għall-ħwejjeġ żgħar. Kollox huwa kbir f’għajnejn
il-Mulej…. Nagħtuh kollox”.

“Għandi l-imħabba – Qiegħda fl-Imħabba”

“Inħossni naqbad u nikkonsma bl-Imħabba”

“L-Imħabba mhijiex maħbuba”

“Nixtieq ikolli qalb ikbar mill-art u l-baħar biex inħobbok, Alla tiegħi!”

 

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s