Irtir 31 ta’ Marzu 2017

irtir oskt march 2017

Irtir 31 ta’ Marzu 2017

San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

Imexxi l-Provinċjal Patri Manuel Schembri ocd

L-Ewwel Taħdita

Naraw kif nistgħu ninbidlu u nsiru Ġesù ieħor fil-familja u fir-realtajiet tal-ħajja ta’ kuljum.

Il-Vanġelu jurina li Ġesù hu s-Sid ta’ ħajtu. Ma jiġix immexxi mill-kurrenti, mill-idealijiet tal-fariżej.

L-iskop ta’Ġesù hu li jimxi lejn is-Salib li hu t-Tron tiegħu għaxis-Salib jagħti l-ħajja, isalva.

In-nisrani ma jiġix immexxi b’dak li toffri d-dinja, għax aħna rċevejna d-Don tal-Ispirtu ta’ Alla. Irridu naduraw lil Alla,fl-ispirtuu l-verità. Meta nagħmlu hekk xejn ma jista’ jzommna lura.

Għandna nkunu magħquda ma’ Alla biex bħal Ġesù ningħaqdu ma’ Alla fit-tbatijiet, fil-ħsibijiet, fil-ferħ tagħna. Ġesù miexi lejn is-Siegħa tas-Salib biex bis-Salib jigglorifika lil Alla l-Missier. U jien qiegħed nigglorifika lil Alla permezz tas-Salib?

Is-Sawm, it-talb u l-penitenza li jippreparawna għas-‘siegħa’ tagħna.

  • Jekk int kapaci tagħti l-Ispirtu t’Alla lil ħaddieħor permezz tal-grazzja li hemm ġo fik tilħaq l-iskop ta’ ħ Biex tgħix is-salib tiegħek jeħtieġ it-talb biex jagħtik il-qawwa li tiġi mill-Ispirtu s-Santu.
  • Ġesù jrid li kull fejn inkunu nġibu l-Ħajja – li nkunu xhieda tal-grazzja li ġejja minnU. Irridu mela nagħmlu mixja twila. Mixja ta’ talb, mixja ta’ ċaħda minna nfusna, mixja ta’ fiducja f’Alla li jħ
  • Ġesù jgħinna biex aħna nwettqu l-missjoni tagħna biex meta tiġi s-siegħa nkunu qalbna miftuħa għ

Inpoġġu qalbna  qalb ma’ qalb ma’ Dak li jħobbna.

It-Tieni Taħdita

Il-Konverżjoni

Ir-Randan hu żmien ta’ konverżjoni. Minn fuq is-Salib Gesu qal ‘Aħfrilhom’. Mela jridna nikkonvertu. Inbiddlu ħajjitna. Nitbiddlu mill-ħażin u nsiru qaddisa.

Imma aħna dgħajfa u nerġgħu naqgħu għal li konna. Allura rridu nipprovdu xi ħaġa li biha nfiequ minn din id-diżordni. Il-bniedem ġust jidneb seba’ darbiet kuljum. Imma ma għandniex noqgħodu ‘lbogħod mill-Qrar.

Fil-ħajja tagħna rridu nfejqu l-aspetti kollha li marrdu l-ħajja spiritwali.

Il-Konverżjoni, bil-Grieg‘metanoja’, tfisser tħalli warajk id-dnub.

Fil-Bibbja hemm ukoll il-kelma ‘epistrofe’- tmur ‘ilquddiem. Hemm bżonn mhux biss li nħallu d-dnub imma li nagħmlu t-tajjeb.

Alla kellu pjan.Jeħles il-poplu Tiegħu mill-jasar tal-Eġittu jaddih mid-deżertbiex il-poplu jaqdiH. JaduraH.

Jien mela għandi ngħin u nħobb liloħti u lilħija; mhux biżżejjed li ma niġġudikahomx.

X’għandi nagħmel biexinfejjaq il-ħajja tiegħi?

Għandi nerġa’ nġib l-armonija li tlift bid-dnub. Id-dnub hu marda b’erba’ faċċati.Għax id-dnub mhux biss ikisser il-ħbiberija bejni u bejn Alla. Lanqas biss li ikisser l-armonija bejni u bejn l-oħrajn. (Din insibuha fl-Iskrittura Ġenesi Kap.3)

Id-dnub ikisser ir-relazzjoni tiegħi miegħi nnifsi: B’rabja għal xejn, inwaqqgħu d-difiżi tagħna, nonqsu lil dawk li huma l-aktar qrib tagħna bħall-membri tal –familja, nitgħażżnu, ma napprezzawx il-ħajja, inkunu pessimisti.

Il-grazzja però tgħinni nfejjaq ir-relazzjoni tiegħi ma’ Alla, mal-oħrajn, miegħi nnifsi , mal-ambjent.

Wieħed mill-aqwa awturi ta’ kif teħles mid-dnub huwa San Ġwann tas-Salib.

Konsegwenza tal-ewwel dnub nħolqu tlett ġibdiet diżarmonizzati:

Il-ħajra għall-pjaċiri tal-ġisem

Ir-regħba għall-ġid tad-dinja

L-ebbusija tar-ras kontra li tgħidli r-raġuni.

Santa Tereża ta’ Ġesù tagħti medicina għal dawn it-tliet ġibdiet.

Il-qdusija tiġi meta dawn it-tliet ġibdiet infejjaqhom.

  • Regħba: FIt-Triq tal-Perfezzjoni Santa Tereza tgħid li r-ruħ li trid titlob irid ikollha d-distakk mill-ġid tad-dinja.
  • Ebbusija tar-Ras: Il-mediċina li tagħti Santa Tereża hija l-umiltà. L-umiltàhi li tammetti fejn żbaljaj Litara ukoll l-affarijiet sbieħ li taf tagħmel.
  • Pjaċiri tal-ġisem: Il-fejqan hu li tħobb lill- Tirrispetta lill-oħrajn.

Bit-talb biss ma tistax taħrab ir-realtaijiet tal-ħajja. Għandek bżonn l-imħabba għall-proxxmu, distakk mill-affarijiet tad-dinja u l-umiltà.

  • Meta nkun mifrud mill-proxxmu l-Knisja toffrilna l-virtù tal-karità.
  • Quddiem ir-regħba l-Knisja toffrilna s-sawm.
  • Meta nkunu mifruda ma’ Alla l-Knisja toffrilna t-talb. Bħall-parabbola tal-Iben il-ħali, mur lura lejn Dak li jħ

Biex ikollna l-veru konverżjoni rridu nagħmlu Karità, Insumu u Nduru lejn Alla permezz tat-talb u l-qrar.

AMMEN.

Advertisements