KONFERENZA Ottubru 2017 minn Patri Manwel Schembri ocd

Cima_da_Conegliano,_God_the_Father

OSKT Konferenza 20 ta’ Ottubru 2017
minn Patri Manwel Schembri ocd

‘Il-ġnuskollha li għamiltjiġujinxteħtuquddiemeKu jsebbħuismeK.’ Salm 85

It-tematal-lumhija: Alla l-Missier – minhu?

Kulħadd għandu idea ta’ min hu missier. Ngħidu missier kwiet; missier iebes; missier patrijarkali b’figura ta’ awtorità. Inħossu mbagħad nostalġija jekk missierna għadda għall-ħajja eterna u nħossu l-weġgħa tal-firda. Aħna nirtu ħafna mill-ġenituri tagħna u nibnu ħafna fuq il-ġenerika.

Ġesù jgħid: ‘Issejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet.’ [Mt23,9]

Noqgħodu attenti biex ma nibnux l-idea ta’ missier unikament fuq il-missier tagħna tad-dinja. Għandna nħarsu l-ewwel u qabel kollox lejn Missierna fis-smewwiet biex il-paternità ta’ Alla tkun ġo fina u nuruha fir-relazzjoni tagħna mal-bnedmin. Inkunu missier u omm f’salt. Il-Missier fit-Testment il-Qadim hu dak li jipprovdi l-ħajja –               il-Ħallieq.

Għandna nirrispettaw il-ħajja fl-istadji kollha tagħha għax il-ħajja hija ta’ Alla l-Missier. Alla jgħallimna inħobbu l-ħajja u nistqarru li hu l-Ħallieq ta’ ħajjitna. Jinqeda bil-ġenituri imma hu Alla li jipprovdi. Ħalaqna għall-eternità. Tana ruħ biex tgħaqqadna miegħU. Hu Alla l-Missier li jagħti r-ruħ propju mat-tnissil. Ma nistgħu qatt niddisprezzaw il-ġisem għax ġisimna hu Tempju tal-Ispirtu s-Santu.

Kull nifs li nieħdu, sal-aħħar nifs hu tezor li tahulna Alla. Il-Konċiljuta’ Niċea jgħid li Alla hu Missier. Is-sustanza ta’ Alla Missier hija d-divinità. Alla hu dak li jżommna b’saħħitna għax hu s-Sid tal-ħajja. Il-Konċilju ta’ Kostantinopli jgħid ‘Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel, mhux magħmul, natura waħda                mal-Missier; u bih sar kollox.’ Ma tistax tifred l-Iben mill-Missier.

Fuq kollox, Alla daħal f’patt ma’ Iżrael – il-poplu tiegħU. Il-Patt li bih tana l-Għaxar Kmandamenti. Aħna wlied Alla l-Missier. Hu Missier ħanin li jipprovdi. Gesù jgħid: ‘Jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu?’[Mt 7,11]

Ġesù jsejjaħ lil Alla ‘Abbà’ u tana t-talba tal-Missierna. Hi talba li turina kif għandna nibnu relazzjoni ma’ Alla. Santa Tereża tikkummenta fil-fond dwar it-talba tal-Missierna għax hija talba li turi l-ħajja ta’ bint t’Alla.

Fil-Kredu nistqarru: ‘Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.’

Alla hu l-Missier li jmexxina u li jieħu ħsiebna. Alla hu l-Ħallieq tal-Anġli u tal-Ġenna. Ħallieq ta’ dak li jidher u dak li ma jidhirx – tas-Sema li ma tidhirx u tal-art, l-Alfa u l-Omega ta’ ħajtitna. Ammen.

 

Advertisements