Tifsira tal-Arma tal-Ordni

L-ewwel disinn tal-arma Karmelitana deher fl-1499 fuq il-qoxra ta’ ktieb dwar il-ħajja ta’ San Albert. Filwaqt li dan id-disinn għadda minn bosta tibdiliet ingħata wkoll tifsiriet diversi.

L-arma tal-Karmelu Tereżjan tirrappreżenta l-Familja Karmelitana Tereżjana. L-arma Karmelitana Tereżjana ġġib muntanja kannella b’salib fil-quċċata fuq sfond abjad bi tliet kwiekeb, waħda fuq il-muntanja u tnejn fl-għoli. Il-muntanja hija xbieha tal-Għolja tal-Karmelu fejn beda l-Ordni Karmelitan. San Ġwann tas-Salib żied is-salib fuq il-quċċata tal-muntanja. Il-kulur tal-muntanja u s-salib huma kannella fuq sfond abjad li huma l-kuluri tal-libsa Karmelitana: it-tonka u l-labtu kannella u l-kappa bajda. L-istess bħalma l-labtu li nilbsu huwa ta’ lewn kannella. Il-kewkba f’nofs il-muntanja tirrappreżenta l-membri tal-Familja Karmelitana li jgħixu l-ispirtu tal-Karmelu u għadhom fuq din l-art, iħabirku biex jaslu sal-quċċata tal-qdusija. Huma dawk li għadhom pellegrini mexjin fuq din l-art. Iż-żewġ kwiekeb l-oħra, ’il fuq mill-muntanja jfissru l-membri tal-Familja Karmelitana li diġà telgħu l-għolja tal-qdusija u jinsabu mal-qaddisin fis-sema.

Ir-rabta tal-Ordni mal-Madonna hija mfissra fit-tnax-il kewkba (Apk 12,1) madwar l-arma, filwaqt li r-rabta ma’ Elija hija murija bi driegħ il-Profeta jżomm sejf tan-nar (li juri l-ħeġġa li kellu lejn Alla) u l-kliem tiegħu “Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall-Mulej Alla tal-eżerċti.”

P. Manwel Schembri OCD

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s