SANTA TEREŻA BENEDETTA TAS-SALIB OCD – EDITH STEIN

agħfas fuq l-istampa

EDITH STEIN

“O Mulej, għinni nikseb dak kollu li jwassalni għandek.” Santa Tereża Benedetta tas-Salib

Advertisements
Posted in Santa Tereża Benedetta tas-Salib - Edith Stein | 1 Comment

MISSIERNA SAN ĠWANN TAS-SALIB – Dokumentarju

(agħfas fuq l-istampa)

San Gwann tas-Salib

.
San Ġwann iridna nbattlu qalbna għal kollox u minn kollox biex inkunu nistgħu nimtlew b’Alla li waħdu jista’ jfawwar bil-grazzji tiegħu lill-qalb li jsib imħejjija. Il-vojt tax-xejn irid jilqa’ fih il-Kollox li huwa Alla.  San Ġwann jagħtina dan il-programm bħala għajnuna fit-talb u l-ħidma tagħna.

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù – Dokumentarju

Sta Tereża tal-Bambin Ġesu' - 'The Little Flower' Dokumentarju

.Jekk irridu nimxu fit-Triq iż-Żgħira li twassal għall-qdusija, li tippreżentalna Santa Tereża, irridu ngħixu ħajja moħbija, umli u qawwija fil-grazzja.

L-imħabba t’Alla hi bħal ħmira li tgħolli kollox. 

Posted in Santa Tereża tal-Bambin Ġesu' | Leave a comment

SANTA TEREŻA TA’ AVILA

Sta Tereża ta' Avila (l-ewwel parti)

Biex issegwi t-tieni parti tad-Dokumentarju – agħfas hawn Biex issegwi t-tielet parti tad-Dokumentarju – agħfas hawn Biex issegwi r-raba’ parti tad-Dokumentarju – agħfas hawn Biex issegwi l-ħames parti tad-Dokumentarju – agħfas hawn

Santa Tereża ta’ Ġesù tħabtet u batiet biex iġġedded l-ispirtu ġenwin karmelitan skont ir-Regola ta’ Ħajja ta’ Sant’Albert, hekk li sa mewtha fl-1582 rat jinfetħu xejn inqas minn 17-il monasteru tas-sorijiet tagħha. U Alla ried illi f’laqgħa tassew providenzjali mal-patri żagħżugħ karmelitan, Juan de Yepes, hija tirbaħ għall-kawża tagħha lil dan il-qaddis, hekk li bis-saħħa tiegħu bl-isem ġdid ta’ Ġwann tas-Salib setgħet torganizza r-Riforma tagħha fost il-patrijiet ukoll u sa mewtha tara jinfetħu 15-il kunvent tal-Patrijiet tagħha, li bdew jissejħu Karmelitani Skalzi.

Posted in Santa Tereża ta' Avila | Leave a comment

INTIMITÀ DIVINA (L-ERBGĦA VOLUMI)

INTIMITÀ DIVINA vol. 1 : Mill-Ewwel Ħadd tal-Avvent sat-Tmien Ħadd Matul is-Sena

INTIMITÀ DIVINA vol. 2 : Mill-Erbgħa ta’ Rmied sa Għid il-Ħamsin

INTIMITÀ DIVINA vol. 3 : Mid-Disa’ Ħadd sal-Wieħed u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena

INTIMITÀ DIVINA vol. 4 : Mit-Tnejn u Għoxrin Ħadd sal-Erbgħa u Tletin Ħadd Matul is-Sena

Posted in Intimita' Divina (Vols 1 - 4) | Leave a comment

IL-KASTELL ĠEWWIENI

IL-KASTELL ĠEWWIENIta’ Tereża ta’ Ġesù
(agħfas fuq l-istampa)

Dan it-trattat bl-isem ta’ KASTELL ĠEWWIENI kitbitu Tereża ta’ Ġesù, soru ta’ Sidtna Marija tal-Karmnu, għas-Sorijiet Karmelitani Skalzi, uliedha spiritwali u ħutha fil-ħajja reliġjuża. (ikklikkja hawn biex taqra iżjed )

Posted in Santa Tereża ta' Avila | 2 Comments

Is-Sekulari Karmelitani Tereżjani …… min huma l-membri?

Dawn  huma Lajċi li jgħixu l-valuri nsara – li kull Nisrani hu obbligat jgħix. Huma jgħixu taħt il-ħarsien tal-Verġni Marija tal-Karmelu b’ħinijiet ta’ orazzjoni, jiffrekwentaw is-Sagramenti u jwiegħdu li jgħixu l-Kunsilli Evanġeliċi fuq l-eżempju tal-Qaddisin Tereżjani biex huma wkoll jaslu fejn waslu qabilhom dawn il-qaddisin.

Dawn il-Lajċi jiltaqgħu darba fix-xahar biex jitolbu flimkien u jkollhom konferenza minn Patri Tereżjan. Ikollhom ukoll irtir ta’ nofs ta’ nhar kull tliet xhur. B’hekk iżommu fihom l-ispirtu Tereżjan u jgħixu mill-aħjar li jistgħu.

Posted in Uncategorized | Leave a comment