Sentenzi ta’ S. Tereża ta’ Ġesù l-Omm tagħna

S. Tereża ta’ Ġesù l-Omm tagħna:

Alla jinsab kullimkien
Darba fhimt kif il-Mulej jinsab fil-ħwejjeġ kollha u kif jinsab fir-ruħ: u ħsibt li stajt inxebbaħ dan ma kif sponża tixrob l-ilma fiha.

Għaqda ma’ Kristu fl-Ewkaristija
F’jum minnhom, hekk kif tqarbint, deherli li ruħi tassew li kienet saret ħaġa waħda ma’ dak il-Ġisem l-aktar imqaddes tal-Mulej, li l-preżenza tiegħu tqiegħdet quddiemi. Dan ħalla effett fija effett kbir, u swieli biex nimxi ‘l quddiem.

Is-siwi tal-għemil it-tajjeb
Darba, waqt li xtaqt naqdi f’xi ħaġa lill-Mulej, bdejt naħseb fil-ftit li kelli ħila nagħmel fil-qadi tiegħu, u għedt bejni u bejn ruħi: “Għaliex trid l-għemil tiegħi, Mulej?” Hu weġibni: “Sabiex nara r-rieda tajba tiegħek, binti”.

L-għamara tat-Trinità fir-ruħ
Darba, irċevejt dawl hekk qawwi minn din l-eperjenza tat-Tliet Persuni li dejjem inġorr f’ruħi…u għedt bejni u bejn ruħi: “Mulej, agħtini xi mezz li bih inkun nista’ niflaħ għal din il-ħajja.” Hu qalli: “Aħseb ftit, binti, li wara li tintemm din il-ħajja ma tkunx tista’ taqdini bħalma tista’ issa. Kul għalija u orqod għalija, u qis li dak kollu li tagħmel tagħmlu għalija, bħallikieku mhux int tkun qegħda tgħix, imma Jien”.

Il-maħfra
tad-dnubiet
Darba, waqt li ħassejt niket kbir għax ħsibt li offendejt lil Alla, il-Mulej qalli: “Id-dnubiet kollha tiegħek huma quddiemi qishom qatt ma saru; fil-ġejjieni, agħmel dak kollu li tista’, għax it-tiġrib tiegħek għadu ma għaddiex għal kollox”.

Rebħ mill-ġdid taż-żmien mitluf
O Alla tiegħi, issa jista’ jingħaraf jekk ruħi hix tifhem lilha nfisha billi tara kemm tilfet żmien u kif f’waqt wieħed Int tista’, Mulej, trebbaħna lura dan iż-żmien mitluf. Jidhirli li din hija bluha, għax is-soltu jgħidu li ż-żmien mitluf qatt ma jista’ jinkiseb lura. Tkun imbierek, Alla, tiegħi!

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s