Sentenzi ta’ S.Ġwann tas-Salib

 

Iċħad ix-xewqat tiegħek, u ssib dak li tixtieq qalbek; għax int fejn taf jekk ix-xewqat u
l-ġibdiet tiegħek humiex skont ma jridhom Alla?

Għemil tajjeb, magħmul għal kollox u fis-safa għal Alla, f’sider kollu safa, iħejji saltna
sħiħa għall-imgħallem tiegħu.

Ir-ruħ imkebbsa bl-imħabba hija ħelwa, ġwejda, umli u kollha sabar.

Min jitlef okkażjoni tajba huwa bħal wieħed li jħalli għasfur jaħrablu minn idu, għax ma jerġax jaqbdu.

Jiena ma għaraftekx, Mulejja, għax bqajt nixtieq nagħraf il-ħwejjeġ u nitgħaxxaq bihom.

Ħsieb wieħed biss tal-bniedem jiswa ħafna aktar mid-dinja kollha; mela jistħoqq biss lil Alla waħdu.

L-ispirtu tiegħi nixef ġewwa fija, għax jinsa jieħu l-ikel minngħandek, Mulej. 

Imbierek huwa dak li jqiegħed fil-ġenb il-gosti u l-ġibdiet tiegħu, u jħares lejn il-ħwejjeġ kollha fid-dawl tar-raġuni qabel ma jagħmilhom.

Int, Mulej, iddur bil-ferħ u l-imħabba lejn min joffendik ħalli terfgħu mill-ġdid, u jiena ma ndurx lejn min jirrabjani ħalli ngħollih u nagħtih ġieħ

Mulej Alla tiegħi, Int ma tkunx barrani għal min ma jagħmilx lilu nnifsu barrani għalik; kif jistgħu jgħidu li Int ma tagħmilx preżenti lilek innifsek?

Jekk trid tasal biex tikseb ġabra qaddisa, int tiksibha, mhux billi tilqa’, iżda billi tiċċaħħad.

Jekk kulfejn immur, immur miegħek, Alla tiegħi, kullimkien kollox imurli tajjeb, ukoll kif nixtieq li jmur tajjeb miegħek.

La taħsibx li se togħġob lil Alla billi tagħmel ħafna għemil tajjeb daqskemm billi tagħmlu b’rieda tajba, u bla ebda rabta ma’ xi ħadd u mingħajr ma tħares lejn wiċċ ħadd.

Fil-għabex tal-ħajja għad jeżaminawk fl-imħabba. Tgħallem ħobb kif Alla jrid ikun maħbub u ħalli fil-ġenb it-temperamernt tiegħek

Il-bniedem la jaf kif jifraħ sewwa u lanqas kif jitnikket sewwa, għax ma jagħrafx id-distanza li hemm bejn it-tajjeb u l-ħażin.

F’kull xorta ta’ tiġrib, ersaq malajr lejn Alla bil-fiduċja, u tkun imsaħħaħ u mdawwal u mgħallem sewwa.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s