Irtir – 19 ta’ Marzu 2019 – Solennita’ ta’ San Ġużepp

20190319_081805

L-irtir f’nhar is-Solennita’ ta’ San Ġużepp, it-Tlieta 19 ta’ Marzu 2019, sar fil-Kunvent tal-Patrijiet Tereżjan, Santa Tereża, B’Kara taħt id-direzzjoni spiritwali ta’ Patri Victor Mallia ocd. Kien hemm attendenza sabiħa ta’ Terzjarji rġiel u nisa mill-Kommunita’ ta’ B’kara, Bormla u Ta’ Xbiex.

20190319_085023-1

L-irtir beda bl-Ewkaristija konċelebrata minn Patri Victor Mallia ocd. It-Terżjarji li
nġabru s-Santwarju għall-din il-Quddiesa taw sehem attiv bil-kant u bil-Qari tal-
Kelma.

Kif isir f’kull irtir tal-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan, wara l-Quddiesa it-Terżjari
nġabru fir-rifettorju ġewwa l-kunvent għall-kolazzjon, offrut b’ġenerosita’ u ppreparat b’tant imħabba. It-Tereżjarji ferħu b’xulxin u qasmu l-esperjenzi tal-ħajja ta’ kuljum tagħhom.

Fit-tieni parti tal-Irtir, Patri Victor Mallia ocd niseġ b’reqqa kbira riflessjoni dwar il-ħajja u l-virtujiet ta’ San Ġużepp fuq dawn il-punti:

Il-Vangelu ta’ San Mattew jesprimi lil San Ġużepp b’kelma waħda li kien “ġust” (Matt 2:19).  San Ġużepp għex qalb ma’ qalb ma’ Alla. Kien għarus ma’ Marija, u allura meta
huwa ntebaħ li Marija qed iġġorr Tarbija ġietu f’moħħu li jibgħat lil Marija l-għarusa tiegħu bil-moħbi biex ma jħaġġruiex. Il-ħniena ta’ Ġużeppi ogħliet il-fuq mill-liġi. Allura kien innoċenti, pur, kast, virtuż, rett, mimli setgħa biex jegħleb il-passjonijiet tiegħu.

Alla l-Imbierek kellem lil Ġużeppi fil-ħolm permess ta’ Anġlu. Ġużeppi, il-bniedem ‘ġust’ kien miftuħ għar-Rieda ta’ Alla. Emmen f’Alla. “U qam kif qallu l-anġlu tal-Mulej u ħa lil martu għandu”. (Mattew 1:24)  San Ġużepp il-Kustodju msejjaħ minn Alla biex jieħu ħsieb lil Ġesù u lil Marija. Kellu fidi qawwija u dan narawh fit-twemmin tiegħu lejn l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija.

Alla l-Imbierek għażel lil San Ġużepp bħala l-missier puttativ ta’ Ġesu’. Marija u Ġużeppi damu tlett ijiem jfittxu lil Ġesu’.  Meta sabu lil Ġesu’ fit-Tempju, il-Madonna nislet dawn il-kelmiet:
“Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!” (Luqa 2:48) U naraw kemm hija għażiża l-familja għal Ġesu’ li għażel li jitwieled f’familja bil-ħarsien tal-Madonna u San Ġużepp.

Meta Ġużeppi kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu Anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu  s-Santu. (Matt 1:20) Ġużeppi emmen! Wera fidi kbira f’Alla. Bħal Ġużeppi, aħna għandna nintelqu kompletament f’idejn Alla b’tama u b’fiduċja sħiħa fih. Inħallu t-tmum ta’ ħajjitna f’idejn Alla. Inħallu lil Alla jmexxina Hu kif għamel San Ġużeppi.

L-aħħar ħsieb tar-riflessjoni:

Santa Tereża kellha  devozzjoni speċjali lejn il-Patrijarka San Ġużepp. Il-kunventi kollha tal-Patrijiet u tas-Sorijiet Karmelitani Skalzi li hi waqqfet, poġġiethom kollha taħt il-Patroċinju tiegħu. Santa Tereża tikteb hekk: “Jien ħadt b’avukat u patrun tiegħi lill-Glorjuż San Ġużepp, rajt u messejt tassew li l-għajnuna tiegħu hi wisq akbar minn dak kollu li stajt nittama. Kunu devoti b’mod partikolari ta’ San Ġużepp, li għandu wisq qawwa u setgħa quddiem Alla!”

20190319_111040

Wara l-ħsiebijiet tant sbieħ li niseġ Patri Victor Mallia dwar San Ġużepp, saret Adorazzjoni Ewkaristika bil-barka Sagramentali.

L-Irtir ġie fi tmiemu bil-kant sabiħ tas-Salve Reġina.

Minn qalbna nirrigrazzjaw lil Patri Victor Mallia ocd ta’ dan l-irtir tant sabiħ u profond.
Nirrigrazzjaw ukoll lil Patrijiet Terezjani kollha, Kunvent Santa Tereza, B’Kara.

Ikun Imfaħħar l-Isem t’Alla. Amen

 

 

 

 

Advertisements
Posted in Uncategorized | Leave a comment

Konferenza OSKT Mid-Direttur Spiritwali, Patri Victor Mallia ocd – 15 ta’ Marzu 2019

img_20190118_173805
Patri Victor Mallia ocd

Bdejna il-Konferenza bit-Talba tal-Għasar. Id-Direttur Spiritwali tagħna fakkarna li
l-Lituġija tas-Sigħat huwa parti mill-obligi tagħna bħala Tereżarji li qegħdin ngħixu l-ispirtiwalta’ Tereżjana fid-dinja.

Patri Victor mbagħad għamel riferenza għad-data speċjali matul Marzu u April li matulhom qegħdin ngħixu ir-Randan Mqaddes. Fakkarna fost oħrajn:

Il-Festa ta’ San Ġuzepp, il-Missier Putattiv ta’ Ġesu’, l-akbar fost il-qaddisin kollha.

Il-Festa tal-Annunzazzjoni – it-tħabbira tal-Anġlu lil Marija Santissima

Il-Ħamis ix-Xirka – F’din ic-Celebrazzjoni l-akbar ħsieb tagħna għandu jkun fuq it-twaqqif
tal-Ewkaristija mhux fuq il-ħasil tar-riġlejn.

Il-Ġimgħa l-Kbira – Nifkaru fit-tbatija tal-Mulej Ġesu’. Il-Mulej iqaddes it-tbatija li ngħaddu minnha. It-tbatija hija mezz kif issaffina meta aħna nagħqdu mat-tbatija tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.

L-Għid il-Kbir – L-akbar Festa tagħna l-Insara! Ġesu joħroġ rebbieħ fuq il-mewt. Bil-mewt u l-qawmien Tiegħu, aħna ġejna salvati.

Patri Victor Mallia ocd għamel riflessjoni fuq it-tifsira tal-mewt. Il-mewt twassalna għand il-Ħallieq fejn aħna mbagħad nirċievu it-tgħannieqa ta’ Alla, qalb ma’ qalb miegħU !! Ngħaddu għall-glorja li għalih aħna għexna. In-nisrani m’għandux jibza mill-mewt. Hemm Alla l-Imbierek jilqagħna fi ħdanU.

Fit-tieni parti tal-Konferenza, Patri Victor niseġ ħsieb sabiħ dwar it-talb kif imfisser mis-Santa Madre. It-talb għandu jkun relazzjoni ta’ mħabba bejna u bejn Alla. Nagħfru il-kobor ta’ Alla, nitkellmu miegħU, ngħidulu l-bizgħat tagħna, nintelqgħu għal kollox f’idejH u nħalluH imexxina u jispirana f’dak kollu li ngħaddu minnu.

Il-Konferenza ġiet fi tmiemha bil-kant sabiħ tas-Salve Reġina.

Nirringrazzjaw lil Patri Victor Mallia ocd tal-Konferenza sabiħa li tana.

 

 

 

Posted in Uncategorized | Leave a comment

KURUNELLA tal-ferħat TA’ S. TEREŻA TA’ ĠESU’ KURUNELLA tal-ferħat TA’ S. TEREŻA TA’ ĠESU’

st

BIEX TINGĦAD FIL-KNISJA QUDDIEM IS-SS. SAGRAMENT

        I.            Inġibu quddiemna l-ferħ ta’ Tereża l-imqaddsa meta fit-Tqarbina ta’ nhar Għid iz-Żebbuġ ħasset fommha mimli bid-demm ta’ Ġesu’, li qalilha: Binti, jien irrid illi d-demm tiegħi jkun is-saħħa tar-ruħ tiegħek. Lil Ġesu’ nitolbu li nieħdu spiss is-Sagramenti, u fuq kollox it-Tqarbin, biex ikollna s-saħħa u l-kotra tal-grazzja tiegħu, u ngħidulu bil-qalb:

O Ġesu’ Sagramentat,
Redentur l-iżjed ħanin,
Int il-ħrara fina kebbes,
Li spiss nersqu għat-tqarqin.

Missierna, Sliema u Glorja.

II.            Inġibu quddiemna l-ferħ ta’ Tereża l-imqaddsa meta Ġesu’ qalilha: Inti Tereża ta’ Ġesu’, jiena Ġesu’ ta’ Tereża. Lil Ġesu’ nitolbu li qatt ma ninfirdu minnu billi naqgħu fil-misħut dnub, u għalhekk ngħidulu:

O Ġesu’ Sagramentat,
Li mill-mewt għoġbok tifdina;
Lejn id-dnub l-akbar mibegħda
Għala dejjem nissel fina.

Missierna, Sliema u Glorja.

III.            Inġibu quddiemna l-ferħ ta’ Tereża l-imqaddsa meta Ġesu’ qalilha: Li ma kontx jien ħlaqt is-sema, għalik waħdek kont naħilqu. Lil Ġesu’ nitolbu li jagħtina l-għajnuniet biex fis-sema nistgħu naslu u ngħidulu:

O Ġesu’ Sagramentat,
Li kapparra sirt tal-Ġenna;
Sabiex fiha nistgħu naslu
Ruħna minnek dawl tistenna.

Missierna, Sliema u Glorja.

IV.            Inġibu quddiemna l-ferħ ta’ Tereża l-imqaddsa meta Ġesu’ rabatha Għarustu b’musmar tas-Salib tiegħu. Lil Ġesu’ nitolbu li jħollna minn kull imħabba, u jorbotna dejjem miegħu waqt li ngħidulu :

O Ġesu’ Sagramentat,
Għarus denn ta’ kull imħabba;
Ħlief imħabbtek imħabb’oħra
La tħallix fina titrabba.

Missierna, Sliema u Glorja.

v.            Inġibu quddiemna l-ferħ ta’ Tereża l-imqaddsa meta Ġesu’ bagħat Serafin li nifdilha qalbha bi vleġġa tal-imħabba. Lil Ġesu’ notolbu, li b’imħabbtu jidorbilna qalbna, u ngħidulu:

O Ġesu’ Sagramentat,
Biex tkun dejjem maħbub minna;
Ibgħat vleġġa minn ta’ mħabbtek,
Qalbna fittex idorbilna.

Missierna, Sliema u Glorja.

VI.            Inġibu quddiemna l-ferħ ta’ Tereża l-imqaddsa meta Ġesu’ deherilha fil-mard, u b’idejh temagħha. Lil Ġesu’ nitolbu, li fil-mard u fis-slaleb kollha jagħtina s-sabar, u b’tama ngħidulu:

O Ġesu Sagramentat,
Hena, dawl, u qawwa tagħna;
Biex nifilħu kull salib,
Sabar tina w ieqaf magħna.

Missierna, Sliema u Glorja.

VII.            Inġibu quddiemna l-ferħ ta’ Tereża l-imqaddsa għall-kotra tal-  ħlewwa li ġarrbet waqt il-mewt, meta semgħet ’il Ġesu jsejħilha għall-Ġenna, u rat l-Anġli biex iseħbuha. Lil Ġesu’ nitolbu li jagħtina, bħalha mewta tajba u qaddisa, aħna u ngħidulu:

O Ġesu Sagramentat,
Int tal-mewt, u l-ħajja s-Sid,
Ibagħtilna mewta tajba;
Il-ħażina warrab bgħid.

 Missierna, Sliema u Glorja.

HYMNUS

Regis superni nuntia
Domum paternam deseris
Terris Teresa barbaris
Christum datura, aut sanguinem.

Sed te manet suavior
Mors poena poscit dulcior!
Divini amoris cuspide
In vulnus icta coneidos.

O charitatis victima!
Tu corda nostra concrema,
Tibique gentes creditas
Averni ab igne libera.

Sit laus Patri cum Filio,
Et Spiritu Paraclito,
Tibique sancta Trinitas,
Nunc et per omne saeculum: Amen.

ANTIPHONA

Qaddisa Omm Tagħna Tereża,
Ħares mis-sema, u ara, u żur ‘il din id-dielja.
Ħu ħsieb dak li ħawlet il-leminija tiegħek.

V. Itlob għalina Santa Tereża, Omm tagħna.

R. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

NITOLBU

O Alla, inti bl-Ispirtu tiegħek qajjimt lill-Omm tagħna Santa Tereża ta’ Ġesu’ biex turi lill-Knisja tiegħek it-triq tal-perfezzjoni li għandha tilħaq; agħmel li nsibu dejjem l-ikel tagħna fil-ħobż tat-tagħlim tagħha tas-sema, u li nitkebbsu bix-xewqa ta’ qdusija tasseb. Bi Kristu Sidna.          Ammen.

Nihil Obstat                                                                          Imprimatur
Die 24 Augusti 1949                                                   Datum in Curia Archi.pali Melit.
Fr. Alphonsus M. Camilleri O.F.M.                          Die 19 Sept. 1949
Cens. Theol.                                                                 + Emm. Galea. Ep. Trallian in Asia                                                                                                                    Vic. Gen.

Posted in Uncategorized | Leave a comment

L-Ewwel Konferenza min Patri Victor Mallia OCD – 18 ta’ Jannar 2018

img_20190118_173805.jpg

Patri Victor Mallia ocd

Aħna t-Terżjarni (Nisa Santwarju B’Kara) minn qalbna nirringrazzjaw lil Patri Victor Mallia OCD għall-din l-ewwel Konferenza tiegħu tant sabiħa li niseġ.

Wara l-Għasar u t-talba tal-bidu, Patri Victor Mallia bena l-Konferenza tiegħu fuq dawn it-temi:

Il-Ferħ taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Milied: Iċ-Ċelebrazzjonijiet huma mibnija fuq il-Kelma. Il-Kelma ta’ Alla ġġib magħha il-ferħ – ferħ li ġej min Alla li huwa kontinwament magħna.

Spiritwalita’ u t-tifsira tagħha: Spiritwalita’ tfisser li tkun f’relazzjoni magħquda ma’ Alla. Hekk kif Alla l-Missier u l-Iben kienu ħaġa waħda, hekk irridu nkunu aħna magħquda ma’ Alla l-Imbierek.

Spunt mill-ħajja ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù: Darba is-Santa Madre kellha dehra minn tifel li  saqsiha, ‘Int min inti?’ Santa Tereża wieġbet ‘Jien Tereża ta’ Ġesù’. U t-tifel wieġeb ‘Jiena, Ġesù ta’ Tereża.’ Kieku aħna kellna dehra bħal din, konna nibżgħu jew konns nifirħu? Aħna lesti li nilqgħu lil Ġesù tagħna?

Santa Tereżina tal-Bambina Ġesù xebħet lit-talb ma’ lift. It-talb itellagħna għall-livell ta’ presenza ta’ Alla. Bit-talb nidħlu fil-presenza ta’ Alla biex nimmeditaw il-kobor ta’ Alla, l-imħabba li għandu Alla għalina, l-egħġubijiet li Alla jagħmel magħna.

Aħna għadna l-fidi biex ma nibzgħux mill-mewt għax wara din il-ħajja hemm dak li konna maħluqa għalih: Li ngawdu lil Alla għall-eternità. Pero’ irridu nkunu ppreparati għal din billi ngħixu kif għallimna Ġesù. Ġesù qalilna,’Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-​smewwiet.’ Din hija missjoni possibbli  għalina għax fil-Magħmudija aħna lbisna lil Kristu u allura il-ħsibijiet, l-egħmejjel tagħna, il-qalb u l-moħħ tagħna jkunu xprunati mill-Ispirtu ta’ Alla li jgħix fina.

Il-Konferenza ntemmet bil-kant sabiħ tas-Salve Reġina u tal-Barka mid-Direttur Spiritwali tagħna, Patri Victo Mallia OCDS

Posted in Uncategorized | Leave a comment

KALENDARJU TAL-QADDISIN TAL-ORDNI KARMELITAN TEREŻJAN

Posted in Uncategorized | Leave a comment

SANTA MARIJA TA’ ĠESÙ MSALLAB – MARIAM BAOUARDY

SANTA MARIJA TA’ ĠESÙ MSALLAB – MARIAM BAOUARDY

Il-Ġilju tal-Palestina

с.Марія від Ісуса Розпятого

Il-Patrijarka Beltritti ta’ Ġerusalemm

fl-ittra pastorali biex iħabbar il-beatifikazzjoni ta’ Marija ta’ Ġesù Msallab kiteb dal-kliem:

“Fil-ħajja tal-qaddisin wieħed rari jsib tant grazzji miġburin flimkien f’persuna waħda bħalma huma fi Swor Marija ta’ Ġesù Msallab. Umanament kienet illiterata…..imma ġiet magħżula minn Alla biex turi l-għerf u l-qawwa tiegħu….. Bħala reliġjuża, il-ħajja ta’ Swor Marija kienet splużjoni ta’ ġrajjiet u grazzji straordinarji.”

Mariam Baouardy twieldet fil-5 ta’ Jannar 1846 minn Giries (Ġorġ) Baouardy u Mariam Chalyn f’Abellin qrib Nazaret u ġiet mgħammda u rċeviet s-sagrament tal-konfermazzjoni skont ir-rit grieg-melkita fil-knisja ta’ Abellin fil-15 ta’ Jannar. 

 a

Ommha u missierha li kienu nsara jgħixu qalb Arab, Drusi u Musulmani sofrew ħafna persekuzzjoni w inġustizzji. Huma ġew misruqa minn dak kollu li kellhom, imkeċċija minn darhom u mixħutin il-ħabs. It-tnax il-wild li kellhom mietulhom fi ċkunithom wieħed wara l-ieħor. Wara li għaddew minn dan kollu, marru pellegrinaġġ bil-mixi u ħafjin lejn is-Santwarju tan-Natività f’Betlem 170 kilometru ilbogħod biex jitolbu l-Madonna biex tagħtihom tifla.

Bethlehem Church of the Nativity grotto. Credit: ACN www.acnuk.org.

Il-Madonna semgħet it-talb tagħhom u kellhom lil Mariam. Sentejn wara twildilhom tifel li semmewh Pawlu. Imma l-familja ma damitx wisq ma tkissret minħabba l-mewt bikrija tal-ġenituri ftit ġranet minn xulxin b’marda mhux magħrufa.. Mariam li lanqas kien għad għandha 3 snin u ħuha Pawlu ġew mifruda minn xulxin. Zija minn naha tal-missier qalet li waqt li kien qed imut, missier Mariam ħares lejn kwadru ta’ San Ġużepp  u qal: “Qaddis kbir kun int missier għal binti, il-Madonna hi ommha!.

Zija ta’ ommha, li kienet tgħix Tarshish ħadet lil Pawlu magħha biex trabbih hi u lil Mariam addottaha ziju minn naha tal-missier. Mariam u Pawlu qatt ma raw aktar lil xulxin. Mariam kienet miżmumha tajjeb fid-dar taz-ziju f’Abellin.

Meta Mariam  kellha 5 snin, iz-ziju taha gaġġa mimlija għasafar. Din kienet iżżommha fil-ġnien mimli siġar tal-frott taz-ziju.

Ġurnata waħda ddeċidiet li tagħti banju lill-għasafar. Daħħlithom bil-gaġġa fl-ilma u dawn għerqu kollha.

Picture2

Il-mewta tagħhom qasmitilha qalbha. Iddeċidiet li tidfinhom. Dak il-ħin semgħet vuċi ġo fiha tgħidilha:

“Hekk jgħaddi kollox. Jekk tagħtini qalbek, nibqa’ miegħek dejjem.”

Aktar tard ħolmot li merkant ġie d-dar taz-ziju u ġieblu ħuta kbira ivvalenata. L-għada filgħodu, raġel verament ġieb ħuta kbira liz-ziju bħal dik li rat fil-ħolma. Mariam insistiet maz-ziju biex ma jiklux il-ħuta. Meta z-zija fetħet ħalq il-ħuta, sabet li din kienet belgħet serp velenuż.

Picture3

Darb’oħra serp daħal fil-kamra tagħha. Mariam refagħtu. Dak il-ħin daħlet is-seftura u din meta ratha bis-serp f’idejha bdiet twerżaq.

Mariam telqet is-serp minn idejha u dan ħarab.

Tul ħajjitha Mariam spiss kellha viżjonijiet ta’ sriep.

Mariam kellha devozzjoni kbira lejn il-Madonna u kienet issum kull nhar ta’ Sibt sa minn mindu kellha 5 snin. Fir-rebbiegħa kienet taqta’ l-fjuri u tqiegħedhom quddiem ix-xbiha tal-Madonna. Darba sabet li l-fjuri fil-vażun kienu nibtu. Hi qalet lil zijuha u dan qal lil kappillan. Dan ċanfarha biex jumiljaha. Hi niżlet għarkobbtejha titolbu maħfra ta’ dnubietha.

Għalkemm dawk iż-żminijiet it-tfal kienu jagħmlu l-Ewwel Tqarbina ta’ tnax-il sena però Mariam għamlet l-Ewwel Tqarbina ta’ seba’ snin.

Meta kellha 12-il sena  żijuha, li kien adottaha, ħadha mal-familja tiegħu lejn Lixandra, l-Eġittu.

Picture4

Wieħed  minn qrabatha mill-Kajr, li kien sinjur ħafna ried jiżżewwiġha, imma hi ma rieditx għaliex kienet wegħdet ‘l Alla li tibqa’ verġni. Zijuha u l-familjari ħaqruha u nsultawha, iżda aktar ma kienet tirċievi nsulti u tgħajjir aktar kienet tkun ferħana, għax indunat li qegħda tbati għall-imħabba t’Alla. F’din il-ħajja ħarxa damet tlett xhur u zijuha ma wera l-ebda sinjal li se jnaqqas il-ħruxija tiegħu. Għalhekk kitbet ittra lil ħuha Pawlu u bagħtitha ma wieħed li qabel kien seftur ma’ zijuha biex iwassalielha bil-moħbi Nażaret. Dan stidienha f’daru biex tiekol ma’ martu u ommu. Meta kienu fuq il-mejda, riedha tiċħad il-fidi u ssir musulmana. Meta ma ċedietx ħanxrilha l-gerżuma.

Picture5

              Billi ħasibha mejta, mgħejjun minn ommu u martu, geżwirha fil-velu kbir tagħha u xeħtuha fi triq dejqa imwarrba.

 Dan ġara fil-lejl bejn is-7 u t-8 ta’ Settembru. Mariam kellha biss 12-il sena. Hi kienet mietet tassew. Meta aktar ‘il quddiem marret Marsilja stqarret : “jien sibt ruħi l-ġenna”. Meta fetħet għajnejha, sabet lilha nfisa fi grotta u kien hemm “infermiera liebsa l-ikħal” iddur biha.

Damet hemm erba’ ġimgħat. Il-Verġni mbierka wrietha l-programm ta’ ħajjitha.

 Meta fieqet daħlet seftura ma familji nsara f’Lixandra, Ġaffa u Ġerusalemm.

 Fl-1860 għamlet il-vot tal-verġinità fuq il-Qabar ta’ Kristu.

 

Fl-1863 , tlett snin wara daħlet seftura mal-familja Naggiar f’Marsilja.

Picture1

U hemm iltaqgħet ma’ figura misterjuża oħra : San Ġużepp.

Picture1

Fl-1865, sentejn wara daħlet postulanta mas-sorijiet ta’ San Ġużepp ta’ l-Apparizzjoni (ta’ St Joseph) iżda ma rieduhiex tkompli l-ħajja reliġjuża f’dak il-kunvent mogħti tant għat-tagħlim.

F’Awwissu tal-1866, waqt li kienet fil-kappella tfaċċatilha l-pjaga tal-qalb.

Is-sena ta’ wara fis-27 ta’ Marzu 1867  dehru l-pjagi l-oħra f’Marsilja. Fil-15 ta’ Ġunju marret fil-Karmelu Tereżjan ta’ Pau fi Franza u fis-27 ta’ Lulju ħadet il-libsa ta’ soru Karmelitana Tereżjana fost is-sorijiet koristi.

Related image

Ippruvat tibda l-Karmelu fl-India, u meta ma rnexxilhiex reġgħet lura Pau u baqgħet hemm sa Awwissu tal-1875.

Image result for ST MARY OF JESUS CRUCIFIED

F’Settembru tal-1875 bdiet il-fundazzjoni tal-Karmelu Tereżjan f’Betlehem

B

Fl-14 ta’ April ħraxilha l-uġigħ tal-pjagi ma ġisimha kollu, iżda tnax-il ġurnata wara fis-26 ta’ April il-pjagi jgħibu għal kollox. Kien proprju fiż-żmien ta’ taħbit u kuntrarjetajiet li Alla fawwarha bi grazzji straordinarji.

U x’tip ta’ grazzji! Estasijiet kbar, levitazzjonijiet, pjagi, trasverberazzjoni tal-qalb, dehriet ta’ kull xorta mis-sema, profeziji, għarfien tal-qlub, bilokuzzjonijiet (fil-gżira ta’ Ċipru lil Swor Ġużeppina), id-dom tal-kelma, possessjoni anġelika. Dawn il-grazzji kabbru fiha l-imħabba lejn Alla, imma qatt ma fittxithom għalihom infushom. Fis-sempliċità tagħha kienet taħseb li l-estasijiet kienu ‘ngħas’ u l-pjagi dbabar tal-lebbra.

mariam-fundadoras.JPG (745×434)

F’Mejju tal-1878 marret Nażaret bil-ħsieb li tibda fundazzjoni ġdida hemmhekk.

Mietet fis-26 ta’ Awwissu fil-5.10 a.m. fil-monasteru ta’ Betlehem.

4

Ġiet beatifikata f’Ruma mill-Papa Gwanni Pawlu II illum San Ġwanni Pawlu II fit-13 ta’ Novembru 1983,

U dikjarata qaddisa fis-17 ta’ Mejju 2015  mill-Papa preżenti.

Niċċelebraw il-festa tagħha fil-25 ta’ Awwissu.

Related image

Dawn huma siltiet mill-kliem li kienet tgħid waqt l-estasijiet li kien ikollha:

“Jeħtieġ noqgħodu attenti għall-ħwejjeġ żgħar. Kollox huwa kbir f’għajnejn
il-Mulej…. Nagħtuh kollox”.

“Għandi l-imħabba – Qiegħda fl-Imħabba”

“Inħossni naqbad u nikkonsma bl-Imħabba”

“L-Imħabba mhijiex maħbuba”

“Nixtieq ikolli qalb ikbar mill-art u l-baħar biex inħobbok, Alla tiegħi!”

 

 

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Kliem Santa Tereżina

Picture2

Image | Posted on by | Leave a comment